Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta' Novembru 2010 - Truvo Belgium vs UASI - AOL (TRUVO)

(Kawża T-528/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Truvo Belgium (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentant: O. van Haperen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : AOL LLC (Dulles, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-31 ta' Awwissu 2010 fil-Każ R 893/2009-2; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "TRUVO", għal oġġetti u servizzi fil-klassijiet 16, 35, 38 u 41 - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 5632948

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-reġistrazzjoni Komunitarja Nru 4756169 tat-trade mark figurattiva "TRUVEO" għal servizzi fil-klassi 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa u applikazzjonijiet kollha fil-klassi 38 għat-trade mark komunitarja miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ir-rikorrent iqis li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell żbalja (i) fil-paragun viżiv u fonetiku tas-sinjali, (ii) fil-paragun tiegħu tas-sinjali għaliex irrifjuta li jattribwixxi xi tifsira għat-trade mark tal-parti li għamlet oppożizzjoni, (iii) fil-paragun tiegħu tas-servizzi, u (iv) fl-evalwazzjoni tiegħu tal-pubbliku kkonċernat.

____________