Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta' Frar 2012 - EI du Pont de Nemours et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-76/08) 

("Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-Gomma Chloroprene - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Iffissar tal-prezzijiet - Tqassim tas-suq - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixi ksur - Impriża komuni - Linji Gwida għall-kalkolu tal-multi - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: EI du Pont de Nemours and Company (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti); DuPont Performance Elastomers LLC (Wilmington); u DuPont Performance Elastomers SA (Grand-Saconnex, l-Isvizzera) (rappreżentanti: J. Boyce u A. Lyle-Smythe, Solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti): inizjalment X. Lewis u V. Bottka, sussegwentement V. Bottka u V. Di Bucci, u fl-aħħar V. Bottka, S. Noë u A. Biolan, aġenti)

Suġġett

Minn naħa talba għall-annullament tal-Artikoli 1 u 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 5910, tal-5 ta' Diċembru 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38629 - Gomma Chloroprene), hekk kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 2974 finali, tat-23 ta' Ġunju 2008, sa fejn jirrigwardaw lill-EI Du Pont de Nemours and Company, u, min-naħa l-oħra, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta in solidum fuq ir-rikorrenti permezz ta' din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

EI du Pont de Nemours and Company, DuPont Performance Elastomers LLC u DuPont Performance Elastomers SA huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 116, 09.05.2008.