Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Ġunju 2009 - Baldesberger vs UASI (forma ta' pinzetta)

(Kawża T-78/08)1

("Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta' pinzetta - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Fides B. Baldesberger (rappreżentant: F. Nielsen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Kicia, aġent)

Suġġett

Rikors mid-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta' Diċembru 2007 (Każ R 1405/2007-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta' pinzetta bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Fides B. Baldesberger hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 107, 26.04.2008