Language of document :

Appell ippreżentat fis-17 ta' Jannar 2013 minn Luigi Marcuccio mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fis-6 ta' Novembru 2012 fil-Kawża 41/06 RENV, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-20/13 )

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tiddikjara l-ineżistenza ex lege tas-sentenza mogħtija fis-6 ta' Novembru 2012 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Europea fil-Kawża Nru T-41/06 RENV, Marcuccio vs Il-Kummissjoni Ewropea, jew, sussidjarjament, tannullaha in toto u mingħajr ebda eċċezzjoni; u barra minn hekk 2a) prinċipalment, u billi l-istat tal-proċeduri jippermetti dan: 2.a.a) tilqa' kull talba mressqa mir-rikorrent fl-ambitu tal-ewwel istanza tal-kawża odjerna li tinkludi b'mod inerenti fiha l-kundanna tal-Kummissjoni Ewropea għall-ħlas lura lir-rikorrent tal-ispejjeż sostnuti minnu fl-appell; jew, 2b) sussidjarjament, tirrinvija l-kawża odjerna lill-qorti tal-ewwel istanza, sabiex, hija, ex lege tiddeċiedi ex novo fuq kull talba mressqa mir-rikorrent fl-ambitu tal-ewwel istanza de quo.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell ippreżentat mis-sentenza msemmija iktar 'il fuq, li ċaħdet ir-rikors ippreżentat quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-8 ta' Ġunju 2011, Il-Kummissjoni vs Marcuccio (T-20/09), dwar l-annullament parzjali tas-sentenza mogħtija fil-kawża F-41/06, li ddeċidiet dwar ir-rikors li bih ir-rikorrent talab, minn naħa, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Mejju 2005, li kienet ordnat l-irtirar tiegħu minħabba invalidità, kif ukoll serje ta' atti marbuta ma' tali deċiżjoni u, min-naħa l-oħra, ikkundannat lill-Kummissjoni għar-riżarċiment tad-danni.

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka seba' aggravji.

Errores in procedendo li kkawżaw ħsara lill-interessi tiegħu, li hemm marbuta magħhom errores in iudicando li huma gravi, ovvji flagranti, ekklatanti, pależi, manifesti, irrimedijabbli u projbittivi.

Assenza totali ta' motivazzjoni tas-sentenza appellata.

Illeġittimità tad-deċiżjoni kkontestata wkoll minħabba n-nuqqas ta' komptenza tal-entità li ddeċidietha, żbalji fil-proċedura tagħha li tinkludi ksur tal-forom sostanzjali u abbuż ta' poter fil-forma ta' użu ħażin mill-proċedura.

Żnaturament u użu ħażin mill-fatti.

Ksur żbaljat, falz, qarrieqi u mhux raġonevoli tar-regoli dwar il-prova, kif ukoll ta' diversi prinċipji tad-dritt u tad-dispożizzjonijiet tal-liġi.

Assenza ta' deċiżjoni fuq diversi aspetti fundamentali tal-kawża.

Illegittimità ta' deċiżjoni ta' inammissibilità ta' ilment kontra d-deċiżjoni kkontestata fformulat mir-rikorrent.

____________