Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta' Jannar 2013 - Łaszkiewicz vs UASI - CABLES Y ESLINGAS (PROTEKT)

(Kawża T-18/13)

Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Grzegorz Łaszkiewicz (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: J. Gwiazdowska, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: CABLES Y ESLINGAS, S.A. (Cerdanyola del Valles, Barcelona, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-24 ta' Ottubru 2012 fil-Każ R 701/2011-4;

tagħti deċiżjoni finali - sa fejn l-istat tal-proċeduri jippermetti dan - li permezz tagħha tilqa' r-reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 8478331 li għaliha saret l-applikazzjoni;

sussidjarjament - sa fejn l-istat tal-proċeduri jippermetti dan - tibgħat il-każ lura għal deċiżjoni mill-ġdid adottata skont kriterji vinkolanti stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrent fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni);

tieħu inkunsiderazzjoni l-provi msemmija fir-rikors;

tmexxi l-proċeduri bil-miktub u bl-użu tal-lingwa Pollakka bħala l-lingwa tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali "protekt" għal prodotti fil-klassijiet 6, 7, 9, 22 u 25 - Applikazzjoni Nru 008478331

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: CABLES Y ESLINGAS, S.A.

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali PROTEK irreġistrata fi Spanja għal prodotti fil-klassijiet 6 u 9

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-prinċipju ta' legalità, speċifikament ksur tal-Artikolu 3(1)(a) sa (d) tad-Direttiva 2008/95;

ksur tal-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009 kif ukoll tar-Regoli 50 u 52 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95.

____________