Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2014 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-20/13 P) 1

[“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Pensjonijiet u allowance ta’ invalidità – Irtirar mhux volontarju minħabba invalidità – Kummissjoni tal-invalidità – Kompożizzjoni – Nomina tat-tobba – Nuqqas tal-uffiċjal ikkonċernat li jinnomina t-tieni tabib – Nomina tat-tieni tabib mill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja – Nomina tat-tielet tabib fi ftehim komuni tal-ewwel u tat-tieni tobba nnominati – Artikolu 7 tal-Anness II tar-Regolamenti tal-Persunal – Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza wara rinviju mill-Qorti Ġenerali”]

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall, C. Berardis-Kayser u G. Gattinara, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)SuġġettAppell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Novembru 2012, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-41/06 RENV, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.DispożittivL-appell huwa miċħud.Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.