Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fit-8 ta’ Marzu 2022 – BK u ZhP
(Kawża C-176/22)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Spetsializiran nakazatelen sad
Partijiet fil-kawża prinċipali
BK u ZhP
Domanda preliminari
L-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jobbliga lill-qorti nazzjonali li tkun għamlet rinviju għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE tissospendi kompletament il-proċedura fil-kawża prinċipali jew huwa biżżejjed li tissospendi biss il-parti minn din il-proċedura li hija kkonċernata mid-domanda magħmula?
____________