Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' Diċembru 2008 - Longevity Health Products vs UASI - Hennig Arzneimittel (Cellutrim)

(Kawża T-169/07)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Cellidrin- Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment nieqes minn kull bażi fid-dritt")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Longevity Health Products, Inc. (Nassau, il-Bahamas) (rappreżentant: J. Korab, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Hennig Arzneimittel GmbH & Co. KG (Flörsheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Ziegler, C. Kleiner u F. Dehn, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta' Marżu (kawża R 1123/2006-1) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Celltech Pharma GmbH u Co. KGT, Hennig Arzneimittel GmbH & Co. KG u Longevity Health Products, Inc.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Longevity Health Products, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 155, 7.7.2007.