Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-28 ta' Jannar 2009 - Volkswagen AG vs UASI (TDI)

(Kawża T-174/07)1

("Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TDI - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Nuqqas ta' karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(1)(ċ) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 62(2) tar-Regolament Nru 40/94 - Artikolu 74(1) tar-Regolament Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Risthaus, H.-P. Schrammek, C. Drzymalla u R. Jepsen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta' Marzu 2007 (Każ R 1479/2005-1) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali TDI bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Volkswagen AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni).

____________

1 - ĠU C 155, 07.07.2007.