Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2013 – VIP Car Solutions vs Il-Parlament

(Kawża T-668/11) 1

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti Komunitarja – Trasport tal-membri tal-parlament Ewropew fil-karozza u fil-minibus bis-sewwieq matul il-perijodu ta’ sessjoni fi Strasbourg – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda mill-Qorti Ġenerali – Dannu allegatament sostnut wara d-deċiżjoni li tiċħad l-offerta tar-rkorrenti – Rikors għad-danni”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: VIP Car Solutions SARL (Hoenheim, Franza) (rappreżentant: G. Welzer, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment G. Hellinckx u M. Mraz, sussegwentement L. Darie u M. Mraz, aġenti)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu materjali u morali allegatament sostnut mir-rikorrenti wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, li tiċħad l-offerta li hija ssottomettiet fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti PE/2006/06/UTD/1, li tikkonċerna t-trasport tal-membri tal-Parlament fil-karozza u fil-minibus bis-sewwieq matul il-perijodi ta’ sessjoni fi Strasbourg, billi din id-deċiżjoni ġiet annullata permezz tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tal-20 ta’ Mejju 2009, VIP Car Solutions vs Il-Parlament (T-89/07, Ġabra p. II-1403).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

VIP Car Solutions SARL hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 109, 14.04.2012.