Language of document : ECLI:EU:T:2013:584





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Novembru 2013 — Budziewska vs UASI – Puma (Felin jaqbeż)

(Kawża T‑666/11)

“Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta felin jaqbeż — Disinni preċedenti — Raġuni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Assenza ta’ karattru individwali — Utent avżat — Livell ta’ libertà tad-disinjatur — Assenza ta’ impressjoni globali differenti — Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”

1.                     Disinni Komunitarji — Raġunijiet għal invalidità — Assenza ta’ karattru individwali — Disinn li ma jagħtix lill-utent avżat impressjoni globali differenti minn dik mogħtija mid-disinn preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Libertà tal-kreatur (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 6(2) u 25(1)(b)) (ara l-punt 21)

2.                     Disinni Komunitarji — Raġunijiet għal invalidità — Assenza ta’ karattru individwali — Żvelar mill-kreatur jew mill-aventi kawża tiegħu — Prova tal-iżvelar (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 6(1), 7(1) u 25(1)(b)) (ara l-punt 24)

3.                     Disinni Komunitarji — Raġunijiet għal invalidità — Assenza ta’ karattru individwali — Disinn li ma jagħtix lill-utent avżat impressjoni globali differenti minn dik mogħtija mid-disinn preċedenti — Rappreżentazzjoni ta’ felin jaqbeż (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 6(1) u 25(1)(b)) (ara l-punti 26, 36, 41-43)

4.                     Disinni Komunitarji — Raġunijiet għal invalidità — Assenza ta’ karattru individwali — Disinn li ma jagħtix lill-utent avżat impressjoni globali differenti minn dik mogħtija mid-disinn preċedenti — Evalwazzjoni globali tal-elementi kollha ppreżentati mid-disinn preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 6(1) u 25(1)(b)) (ara l-punti 29-31)

5.                     Disinni Komunitarji — Raġunijiet għal invalidità — Assenza ta’ karattru individwali — Utent avżat — Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 6(1) u 25(1)(b)) (ara l-punt 32)

6.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Rekwiżiti analogi għall-ilmenti invokati insostenn ta’ motiv (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punt 34)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Settembru 2011 (Każ R 1137/2010-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Puma AG Rudolf Dassler Sport u Danuta Budziewska.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Danuta Budziewska hija kkundannata għall-ispejjeż.