Language of document : ECLI:EU:T:2018:144





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Marzu 2018 – Marriott Worldwide vs EUIPO – Graf (Rappreżentazzjoni ta’ barri bil-ġwienaħ)

(Kawża T-151/17)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta barri bil-ġwienaħ – Trade marks figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali li jirrappreżentaw grifun – Raġuni relattiva għal rifjut – Xebh tas-sinjali – Artikolu 53(1)(a) u l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li issa saru l-Artikolu 60(1)(a) u l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] – Drittijiet tal-awtur preċedenti protetti mid-dritt nazzjonali – Artikolu 53(2)(ċ) tar-Regolament Nru 207/2009 [li issa sar l-Artikolu 60(2)(ċ) tar-Regolament 2017/1001] – Eżami ex officio tal-fatti – Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009 [li issa sar l-Artikolu 95(1) tar-Regolament 2017/1001]”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Appell minn deċiżjoni ta’ diviżjoni tal-Uffiċċju li tiddeċiedi fl-ewwel istanza mibgħut quddiem il-Bord tal-Appell – Kontinwità funzjonali bejn dawn iż-żewġ istanzi – Eżami tal-appell mill-Bord tal-Appell – Portata

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76)

(ara l-punt 15)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Dispożizzjonijiet proċedurali – Eżami ex officio tal-fatti – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità fir-rigward tal-motivi assoluti ta’ rifjut – Eżami limitat għall-motivi invokati

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76(1))

(ara l-punt 16)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 30, 31)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punt 34)

5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet relattivi ta’ invalidità – Eżistenza ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark figurattiva li tirrappreżenta barri bil-ġwienaħ u trade marks figurattivi li jirrappreżentaw grifun

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 8(1)(b), u 53(1)(a))

(ara l-punti 36-39, 42-45)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Jannar 2017 (Każ R 165/2016‑4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Marriott Worldwide u J. Graf.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea tas-17 ta’ Jannar 2017 (Każ R 165/2016‑4) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, l-ispejjeż sostnuti minn Marriott Worldwide Corp.

3)

Johann Graf għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.