Language of document : ECLI:EU:T:2010:532





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2010 – Ilink Kommunikationssysteme vs UASI (ilink)

(Kawża T-161/09)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ilink – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 27, 36, 37, 48)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Frar 2009 (Każ R 1849/2007‑4), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ilink bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Ilink Kommunikationssysteme GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali ilink għal prodotti u servizzi tal-klassijiet 9, 16, 38 u 42 – Applikazzjoni Nru 5120911

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ilink Kommunikationssysteme GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.