Language of document : ECLI:EU:T:2012:187





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ April 2012 —
Würth u Fasteners (Shenyang) vs Il-Kunsill

(Kawża T-162/09)

“Rikors għal annullament — Dumping — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Regolament li jistabbilixxi dazju antidumping — Rikors tal-produtturi, esportaturi jew importaturi ta’ prodotti msemmija, jew tal-manifattur tat-tagħmir ta’ oriġini — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 21-28, 49, 54, 62)

2.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Regolament li jistabbilixxi dazju antidumping — Impriża li tista’ tinvoka biss il-parteċipazzjoni tagħha fil-proċedura amministrattiva — Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 33-36, 58)

3.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Interpretazzjoni contra legem tar-rekwiżit tal-interess individwali — Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 47, 65)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009, tas-26 ta’ Jannar 2009, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 29, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Adolf Würth GmbH & Co. KG u Arnold Fasteners (Shenyang) Co. Ltd għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-European Industrial Fasteners Institute AISBL.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.