Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Awwissu 2013 – CEDC International vs UASI – Fabryka Wódek Polmos Łańcut (WISENT VODKA)

(Kawża T-450/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CEDC International sp. z o.o. (Oborniki Wielkopolskie, il-Polonja) (rappreżentant: M. Siciarek, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fabryka Wódek Polmos Łańcut S.A. (Łańcut, il-Polonja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-10 ta’ Ġinju 2013 fil-Każ R 1734/2011-4;

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għal trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bil-kuluri aħmar, aħdar, dehbi u iswed, li tirrapreżenta x-xbieha ta’ annimal tal-ifrat u li tinkludi l-element verbali “WISENT VODKA” għal prodotti fil-klassi 33 – Applikazzjoni għal Trade mark Komunitarja Nru 7 044 472

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks Pollakki Nri 86 410, 80 990, 80 991, 46 050, 208 988, 125 911, 189 866, 208 090, 62 081 irreġistrati għal “xorb alkoħoliku” fil-klassi 33, it-trade mark Komunitarja Nru 5 585 138 għat-trade mark figurattiva bil-kuluri iswed u abjad li tinkludi l-element verbali “ŻUBRÓWKA” u t-trade mark Komunitarja Nru 6 215 719 għat-trade mark tridimensjonali bil-kuluri iswed u abjad li tinkludi l-element verbali “ŻUBRÓWKA”, irreġistrati għal “xorb alkoħoliku (ħlief birer)” fil-klassi 33Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa u applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja miċħudaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni appellata annullata u oppożizzjoni miċħudaMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja 1 .