Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2024 – Whitehorse Liquidity Partners vs EUIPO – HIG Whitehorse Management (H.I.G. WHITEHORSE)

(Kawża T-111/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Whitehorse Liquidity Partners, Inc. (Toronto, Ontario, il-Kanada) (rappreżentant: S. Geerlings, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: HIG Whitehorse Management LLC (Miami, Florida, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “H.I.G. WHITEHORSE” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 11 882 073

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Diċembru 2023 fil-Każ R 123/2023-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tirrevoka t-trade mark kontenzjuża;

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u l-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________