Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Bruxelles (il-Belġju) fid-9 ta’ April 2021 – Le Port de Bruxelles vs Infrabel SA u Région de Bruxelles-Capitale vs Infrabel SA

(Kawża C-229/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Le Port de Bruxelles, Région de Bruxelles-Capitale

Konvenut: Infrabel SA

Partijiet oħra fil-proċedura: Région de Bruxelles-Capitale, Le Port de Bruxelles, Lineas SA

Domanda preliminari

Meta port intern – li jifforma parti min-network ċentrali – ikun diġà konness mal-infrastruttura tat-toroq u man-network ferrovjarju, l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE 1 , moqri waħdu jew flimkien ma’ dispożizzjonijiet oħra tar-regolament, jimponi l-obbligu ta’ żamma u ta’ manteniment ta’ dawn iż-żewġ rotot jew l-obbligu li ma titneħħiex waħda minnhom, anki jekk minħabba sempliċi nuqqas ta’ manteniment?

____________

1     ĠU 2013, L 348, p. 1.