Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta' Mejju 2011 - Y vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-493/09 P)1

(Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Tkeċċija- Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Y (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: J. Van Rossum, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: inizjalment J. P. Keppenne u L. Lozano Palacios, sussegwentement J.-P. Keppenne u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (it-tielet Awla) tas-7 ta' Ottubru 2009, Y vs Il-Kummissjoni (F-29/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra) u li jitlob l-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Y għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 221, 14.8.2010