Language of document :

Appell ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2023 minn Cunsorziu di i Salamaghji Corsi - Consortium des Charcutiers Corses et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) fit-12 ta’ Lulju 2023 fil-Kawża T-34/22

(Kawża C-579/23 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Cunsorziu di i Salamaghji Corsi - Consortium des Charcutiers Corses et (rappreżentanti: T. de Haan, avocat, u V. Le Meur-Baudry, avocate)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla Estiża) tat-12 ta’ Lulju 2023 fil-Kawża T-34/22,

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1879 tas-26 ta’ Ottubru 2021 li tirrifjuta tliet applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ isem bħala indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 1 (“Regolament DOP-IĠP”) (“Jambon sec de l’Île de Beauté” (IĠP), “Lonzo de l’Île de Beauté” (IĠP), “Coppa de l’Île de Beauté” (IĠP)),

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea, minbarra għall-ispejjeż rispettivi tagħha, għal dawk sostnuti mill-appellanti, marbuta kemm mal-proċedura tal-ewwel istanza fil-Kawża T-34/22 kif ukoll ma’ dik tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Ksur tal-Artikoli 7 u 13 tar-Regolament DOP-IĠP, sa fejn il-Qorti Ġenerali ppermettiet lill-Kummissjoni tiċħad applikazzjoni għal reġistrazzjoni abbażi tal-Artikolu 13.

Ksur tal-Artikoli 49, 50 u 52 tar-Regolament DOP-IĠP, sa fejn il-Qorti Ġenerali awtorizzat lill-Kummissjoni tmur lil hinn mill-kompetenzi tagħha.

Ksur tal-Artikolu 50 tar-Regolament DOP-IĠP kif ukoll tal-prinċipju ġenerali ta’ amministrazzjoni tajba, sa fejn il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-Kummissjoni ma hijiex obbligata tieħu inkunsiderazzjoni l-informazzjoni kollha tal-fajl u setgħet ma tiħux inkunsiderazzjoni l-evalwazzjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali u tal-Conseil d’État.

Ksur tal-Artikoli 7 u 13 tar-Regolament DOP-IĠP u tal-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha fil-kuntest tal-evalwazzjoni li hija wettqet.

____________

1 Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU 2012, L 343, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 55, p. 27, fil-ĠU 2015, L 191, p. 10 u fil-ĠU 2019, L 216, p. 40).