Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta' Marzu 2010 - Proges vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-577/08)1

"Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta' sejħa għal offerti Komunitarja - Programm ta' mudellar għall-użu tal-art - Ċaħda tal-offerta ta' offerent - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Kriterji għall-għoti"

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Proges - Progetti di sviluppo Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: M. Falcetta, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Bambara u E. Manhaeve, aġenti, assistiti minn de A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-29 ta' Ottubru 2008, li tirrifjuta l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest ta' sejħa għal offerti dwar l-implementazzjoni ta' programm ta' mudellar għall-użu tal-art, kif ukoll talba għall-kumpens għad-dannu subit mir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Proges - Progetti di sviluppo Srl hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C 44, 21.2.2009.