Language of document :

Appell ippreżentat fil-5 ta' Settembru 2011 minn Luigi Marcuccio kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-20 ta' Ġunju 2011 fil-Kawża F-67/10, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-475/11 )

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tilqa' dan ir-rikors bi kwalunkwe konsegwenza legali li tista' tirriżulta minnu.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell jirrigwarda d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tal-20 ta' Ġunju 2011, li ċaħad bħala inammissibbli r-rikors intiż sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tikkumpensa d-danni allegatament subiti mill-appellant wara li l-Kummissjoni rrifjutat li tħallsu l-ispejjeż, li jistgħu jiġu rkuprati, allegatament sostnuti fil-kuntest tal-kawża li wasslet għas-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tal-4 ta' Novembru 2008, fil-Kawża F-41/06, Marcuccio vs Il-Kummissjoni.

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant iqajjem tliet aggravji.

L-illegalità taċ-ċaħda, minħabba l-allegata inammissibbiltà, tat-"tielet kap tat-talbiet" (sic bejn il-paragrafi 13 u 14 tad-digriet appellat) magħmula mill-appellant fir-rikors ippreżentat fl-ewwel istanza, kif ukoll tar-"raba' kap tat-talbiet" (sic bejn il-paragrafi 19 u 20 tad-digriet appellat) magħmula mill-appellant fir-rikors ippreżentat fl-ewwel istanza, kif ukoll minħabba (a) interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata u irraġonevli tal-kunċett ta' talba skont l-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 91 tal-istess regolamenti, kif ukoll nuqqas, mingħajr motivazzjoni u illoġiku, ta' teħid inkunsiderazzjoni tal-ġurisprudenza rilevanti; (b) nuqqas assolut ta' motivazzjoni, interpretazzjoni ħażina u żnaturament tal-fatti, inkoerenza, natura indisputabbli, arbitrarja, illoġika, irrazzjonali u irraġonevoli;

Interpretazzjoni ħażina u żnaturament tal-fatti u nuqqas assolut ta' investigazzjoni;

Nuqqas ta' deċiżjoni dwar talba intra litem tal-appellant, bi ksur tad-drittijiet tad-difiża u għal kontradittorju tal-appellant.

____________