Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2013 – Oster Weinkellerei vs UASI – Viñedos Emiliana (Igama)

(Kawża T-474/11) 1

(“Trade mark Komunitarja – Dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark li kontriha saret l-oppożizzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Andreas Oster Weinkellerei KG (Cochem, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Schindler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)

Parti oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Viñedos Emiliana, SA (Las Condes, Santiago, iċ-Ċilì)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Ġunju 2011 (Każ R 637/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Andreas Oster Weinkellerei KG u Viñedos Emiliana, SA.DispożittivMa għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.Ir-rikorrenti u l-UASI għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.