Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fl-24 ta’ Ġunju 2021 – TJ vs Inspectoratul General pentru Imigrări

(Kawża C-392/21)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: TJ

Konvenut: Inspectoratul General pentru Imigrări

Domandi preliminari

L-espressjoni “strument korrettiv speċjali” fl-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/270/KEE tad-29 ta’ Mejju 1990 dwar il-ħtiġijiet minimi ta’ saħħa u sigurtà għax-xogħol b’tagħmir li għandu display screen (il-ħames Direttiva individwali fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) 1 għandha tiġi interpretata fis-sens li tista’ ma tinkludix in-nuċċalijiet tal-vista?

L-espressjoni “strument korrettiv speċjali” fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 90/270 tfisser biss strument li jintuża esklużivament fuq ix-xogħol/fil-qadi ta’ dmirijiet professjonali?

L-obbligu li jiġi pprovdut strument korrettiv speċjali previst fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 90/270 jirreferi esklużivament għax-xiri tal-istrument mill-persuna li timpjega jew dan għandu jiġi interpretat b’mod wiesa’, sabiex jinkludi l-mod li permezz tiegħu l-persuna li timpjega tirrimborsa l-ispejjeż neċessarji mġarrba mill-impjegat għax-xiri tal-istrument?

Huwa konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 90/270 li l-persuna li timpjega tkopri dawn l-ispejjeż fil-forma ta’ allowance ġenerali mas-salarju, imħallsa b’mod permanenti taħt l-isem “allowance għal kundizzjonijiet tax-xogħol diffiċli”?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 391, rettifika fil-ĠU 2019, L 109, p. 29.