Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta' Diċembru 2012 - NIOC vs Il-Kunsill

(Kawża T-578/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: National Iran Oil Co. (NIOC) (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: J. M. Thouvenin, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta' Ottubru 2012, sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta' Ottubru 2012, sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti;

tiddikjara inapplikabbli fir-rigward tagħha r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta' Marzu 2012;

tiddikjara inapplikabbli fir-rigward tagħha d-Deċiżjoni 2012/635/PESK;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka seba' motivi li essenzjalment huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-577/12, NIOC et vs Il-Kunsill.

____________