Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2013 – Yaqub vs UASI – Turkey (ATATURK)

(Kawża T-580/12) 1

(“Trade mark Komunitarja – Ħatra ta’ rappreżentant ġdid – Nuqqas ta’ azzjoni mir-rikorrenti – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: J. Yaqub (Nottingham, ir-Renju Unit)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ir-Repubblika tat-TurkijaSuġġettRikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta’ Settembru 2012 (Każ R 2613/2011-2), dwar proċedimenti ta’ invalidità bejn, minn naħa waħda, ir-Repubblika tat-Turkija u, min-naħa l-oħra, J. Yaqub u G. Yaqub.DispożittivMa hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.J. Yaqub għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.