Language of document : ECLI:EU:T:2014:226





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tat-3 ta’ April 2014 – CFE-CGC Franza Télécom-Orange vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑2/13)

“Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern taħt ċerti kundizzjonijiet – Sindakat ta’ ħaddiema – Nuqqas ta’ interess dirett – Inammissibbiltà”

1.                     Proċedura ġudizzjarja – Obbligu għall-Qorti Ġenerali li tiftaħ il-proċedura orali qabel ma tieħu deċiżjoni dwar eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà – Assenza (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 114(1) u (3)) (ara l-punt 18)

2.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Kunċett ta’ att regolatorju fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Kull att ta’ portata ġenerali bl-eċċezzjoni tal-atti leġiżlattivi – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna individwali kompatibbli mas-suq intern taħt ċerti kundizzjonijiet – Esklużjoni (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 27, 28)

3.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna individwali kompatibbli mas-suq intern taħt ċerti kundizzjonijiet – Rikors ta’ sindikat li jirrappreżenta l-ħaddiema tal-impriża li tibbenefika mill-għajnuna – Assenza ta’ pożizzjoni ta’ negozjatur intimament marbut mal-għan stess tad-deċiżjoni kkontestata – Assenza ta’ bdil tal-pożizzjoni kompetittiva tas-sindikat fir-rigward tas-sindakati l-oħra – Assenza ta’ locus standi tal-membri tas-sindakat – Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 30, 32, 36-54)

4.                     Proċedura ġudizzjarja – Intervent – Rikors fil-kawża prinċipali manifestament inammissibbli – Digriet ta’ inammissibbiltà iddikjarat qabel deċiżjoni fuq it-talba għal intervent – Ammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 111, 114(4) u 116(3)) (ara l-punt 55)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/540/UE, tal-20 ta’ Diċembru 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru C 25/08 (ex NN 23/08) riforma tal-mod ta’ finanzjament tal-pensjonijiet tal-uffiċjali tal-Istat li jaħdmu ma’ France Télécom imwettqa mir-Repubblika Franċiża favur France Télécom (ĠU 2012, L 279, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tar-Repubblika Franċiża.

3)

CFE-CGC France Télécom-Orange għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

4)

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.