Language of document : ECLI:EU:T:2014:746





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2014 – Fricopan Back vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑300/14 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Għajnuna mill-Istat – Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat – Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni – Fumus boni juris”

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Eżami prima facie tal-motivi invokati insostenn tar-rikors prinċipali – Rikors kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali ta’ miżura statali kklassifikata provviżorjament bħala għajnuna ġdida – Miżura li tistabbilixxi l-limitu massimu ta’ imposta fuq il-konsum tal-elettriku – Irkupru tal-imposta li jiddependi mid-diskrezzjoni ta’ impriżi privati li jipprovdu l-elettriku – Klassifikazzjoni provviżorja bħala miżura li tagħti vantaġġ imputabbli lill-Istat – Żball manifest ta’ evalwazzjoni mill-Kummissjoni – Assenza prima facie (Artikoli 107(1) TFUE, 108(2) TFUE u 278 TFUE) (ara l-punti 14, 19-23)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-effetti legali tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-Liġi Ġermaniża dwar l-enerġija rinnovabbli.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.