Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2015 – Formula One Licensing vs UASI – Idea Marketing (F1H2O)

(Kawża T-55/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea – Trade mark verbali F1H20 – Trade marks Komunitarji, internazzjonali Benelux u nazzjonali verbali u figurattivi F1 – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti – Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Formula One Licensing BV (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment B. Klingberg, sussegwentment K. Sandberg, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Idea Marketing SA (Lausanne, l-Isvezja) (rappreżentanti: B. Brisset u O. Vanner, avukati)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Novembru 2012, (Każ R 1247/2011-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Formula One Licensing BV u Idea Marketing SA.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Formula One Licensing BV għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u minn Idea Marketing SA.