Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 taʼ April 2013 - Cofresco Frischhalteprodukte vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-223/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Cofresco Frischhalteprodukte GmbH & Co. KG (Minden, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Weil, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewopea

Talbiet

tannulla b'effett immedjat, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE, tas-7 ta' Frar 2013, li temenda l-Anness I għad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, peress li żżid eżempji ta' prodotti li jistgħu jikkostitwixxu imballaġġ "[ir-r]ollijiet, tubi u ċilindri li magħhom jiddawwar materjal flessibbli (pereżempju film tal-plastik, aluminju, karta)";

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-202/13, Group'Hygiène vs Il-Kummissjoni.

____________