Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2014 – Melitta France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-224/13) 1

(“Rikors għal annullament – Ambjent – Direttiva 94/62/KE – Imballaġġ u skart mill-imballaġġ – Direttiva 2013/2/UE – Rollijiet, tubi u ċilindri li magħhom jiddawwar materjal flessibbli – Nuqqas ta’ interess dirett – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Melitta France (Chezy-sur-Marne, Franza) (rappreżentant: H. Weil, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u J.-F. Brakeland, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament parzjali tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE, tas-7 ta’ Frar 2013, li temenda l-Anness I għad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 37, p. 10), sa fejn il-Kummissjoni inkludiet ir-rollijiet, it-tubi u ċ-ċilindri li magħhom jiddawwar materjal flessibbli, bl-eċċezzjoni ta’ dawk maħsuba li jifformaw parti minn tagħmir tal-produzzjoni u li ma humiex użati sabiex jippreżentaw prodott bħala unità ta’ bejgħ, fuq il-lista ta’ eżempji ta’ prodotti li juru l-applikazzjoni tal-kriterji li jippreċiżaw il-kunċett ta’ “imballaġġ”DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.Melitta France hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.