Language of document : ECLI:EU:T:2014:635





Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Lulju 2014 –

Cofresco Frischhalteprodukte vs Il Kummissjoni

(Kawża T‑223/13)

“Rikors għal annullament — Ambjent — Direttiva 94/62/KE — Imballaġġ u skart mill-imballaġġ — Direttiva 2013/2/UE — Rollijiet, tubi u ċilindri li magħhom jiddawwar materjal flessibbli — Nuqqas ta’ interess dirett — Inammissibbiltà”

Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Interess dirett — Kriterji — Direttiva 2013/2 li temenda l-lista ta’ eżempji ta’ prodotti li jikkostitwixxu imballaġġ fis-sens tad-Direttiva 94/62 — Obbligu tal-Istati Membri li jistabbilixxu sistema ta’ ritorn, ta’ ġbir u ta’ użu mill-ġdid tal-iskart li ġej mill-prodotti li jikkostitwixxu imballaġġ — Rikors ippreżentat minn impriża li tikkummerċjalizza dawn il-prodotti — Assenza ta’ interess dirett — Inammissibbiltà (Artikoli 263(4) TFUE u 288(3) TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62, Artikoli 3, punt 1, u 7, u l-Anness I; Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2) (ara l-punti 19, 20, 24-30, 34-36, 48)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE, tas-7 ta’ Frar 2013, li temenda l-Anness I għad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 37, p. 10), sa fejn il-Kummissjoni inkludiet ir-rollijiet, it-tubi u ċ-ċilindri li magħhom jiddawwar materjal flessibbli, bl-eċċezzjoni ta’ dawk maħsuba li jifformaw parti minn tagħmir tal-produzzjoni u li ma humiex użati sabiex jippreżentaw prodott bħala unità ta’ bejgħ, fil-lista ta’ eżempji ta’ prodotti li juru l-applikazzjoni tal-kriterji li jippreċiżaw il-kunċett ta’ “imballaġġ”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Cofresco Frischhalteprodukte GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.