Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2015 – Bayer Intellectual Property vs UASI – Interhygiene (INTERFACE)

(Kawża T-227/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali INTERFACE – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti Interfog – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Identità tal-prodotti – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament KE Nru°207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bayer Intellectual Property GmbH (Monheim am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri u A. Sanz Cerralbo, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment A. Schifko, sussegwentement D. Walicka, aġenti)Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASIi: Interhygiene GmbH (Cuxhaven, il-Ġermanja)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-4 ta’ Frar 2013 (Każ R 1688/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Interhygiene GmbH u Bayer Intellectual Property GmbH.DispożittivIr-rikors huwa miċħud. Bayer Intellectual Property GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.