Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2013 – Recaro vs UASI – Certino Mode (RECARO)

(Kawża T-524/12)1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark Komunitarja verbali RECARO – Użu ġenwin mit-trade mark – Artikolu 15(15)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Natura tal-użu mit-trade mark – Ammissibbiltà ta’ provi ġodda – Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Recaro Holding GmbH, li kienet Recaro Beteiligungs-GmbH (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Weiser, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Certino Mode, SL (Elche, Spanja)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Settembru 2012 (Każ R 1761/2011-1), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Recaro Beteiligungs-GmbH u Certino Mode, SL.DispożittivIr-rikors huwa miċhud. Recaro Holding GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.