Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-22 ta' Mejju 2008 - Daskalakis vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-107/07)1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Artikolu 7(2) tar-Regolamenti tal-Persunal - Benefiċċju temporanju - Inammissibbiltà)

Lingwa tal-kawża:L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Constantin Daskalakis (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. A. Pappas, avocat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni li tillimita għal sena l-perijodu li matulu r-rikorrent, uffiċjal li ġie mitlub jokkupa temporanjament kariga ta' Kap ta' Diviżjoni, jista' jibbenefika mill-benefiċċju tad-differenza previst fl-Artikolu 7(2) tar-Regolamenti tal-Persunal.

Dispożittiv:

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 315, 22.12.07, p. 46.