Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-12 ta' Diċembru 2007 - Kerelov vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-111/07)
(Servizz pubbliku - Inamminissibbiltà manifesta - Artikolu 44(1)(c), tar-Regoli tal- Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Georgi Kerelov (Pazardzhik, Il-Bulgarija) (rappreżentant: A. Kerelov, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni ta' l-EPSO ta' l-14/12/2006 li ma titlobx lir-rikorrent jimla formola ta' applikazzjoni bil-ħsieb ta' ammissjoni possibbli għall-kompetizzjoni u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu li huwa sofra.
Dispożittiv
Il-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
____________