Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta' Frar 2013 - Marszałkowski vs UASI - Mar-Ko Fleischwaren (WALICHNOWY MARKO)

(Kawża T-159/11) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva WALICHNOWY MARKO - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti MAR-KO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Marek Marszałkowski (Sokolniki, il-Polonja) (rappreżentant: C. Sadkowski, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: K. Zajfert u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Mar-Ko Fleischwaren GmbH & Co. KG (Blankenheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: O. Ruhl, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta' Jannar 2011, (Każ R 760/2010-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Mar-Ko Fleischwaren GmbH & Co. KG u Marek Marszałkowski.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Marek Marszałkowski huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 145, 14.05.2011.