Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-16 ta' Ġunju 2011 - Nolin vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-82/10) 

(Servizz pubbliku - Aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u membri oħra tal-persunal - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Michel Nolin (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-istqarrija ta' regolarizzazzjoni tar-remunerazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu minn Lulju sa Diċembru 2009 u tal-istqarrija ta' remunerazzjoni 01/2010 tiegħu stabbiliti fil-kuntest tal-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u membri oħra tal-persunal abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009, tat-23 ta' Diċembru 2009.

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors F-82/10, Nolin vs Il-Kummissjoni.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 13, 15.01.2011, p. 38