Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Jannar 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski rayonen sad - il-Bulgarija) ZD “BUL INS” AD vs PV

(Kawża C-387/23 1 , BUL INS)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Rekwiżit li jiġu indikati r-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħtieġa ta’ risposta mill-Qorti tal-Ġustizzja – Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti – Inammissibbiltà manifesta)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski rayonen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ZD “BUL INS” AD

Konvenut: PV

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari imressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Qorti Distrettwali ta’ Sofija, il-Bulgarija), permezz ta’ deċiżjoni tas-26 ta’ Ġunju 2023, hija manifestament inammissibbli.

____________

1 ĠU C 321, 11.9.2023.