Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta' Settembru 2008 - Clearwire Corporation vs UASI (CLEARWIFI)

(Kawża T-399/08)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Clearwire Corporation (Kirkland, l-Istati Uniti) (rappreżentant: G. Konrad, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta' Ġunju 2008 fil-każ R 706/2008-1; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali CLEARWIFI għal servizzi fil-klassi 38 - Reġistrazzjoni Internazzjonali Nru W00 934 594

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Ċaħda tal-applikazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ċaħda tal-appell

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li r-raġunijiet għaċ-ċaħda mogħtija mill-Bord tal-Appell ma jipprekludux ir-reġistrazzjoni.

____________