Language of document : ECLI:EU:T:2017:431


 


 



Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2017 – Jalkh vs IlParlament

(Kawża T27/17 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Dritt istituzzjonali – Membru tal-Parlament Ewropew – Privileġġi u immunitajiet – Tneħħija tal-immunità parlamentari ta’ membru tal-Parlament Ewropew – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”

1.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – “Fumus boni juris” – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji

(Artikolu 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punti 11-14)

2.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Rikors – Rekwiżiti proċedurali – Espożizzjoni tal-motivi li jiġġustifikaw, prima facie, l-għoti tal-miżuri mitluba

(Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punti 19-21)

3.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-tneħħija tal-immunità ta’ deputat – Assenza ta’ ksur tad-dritt li jeżerċita liberament il-mandat parlamentari u ta’ funzjonament tajjeb tal-Parlament – Assenza ta’ urġenza

(Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punti 35, 36)

4.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Seħħ tad-dannu li jiddependi minn avvenimenti futuri u inċerti – Nuqqas ta’ urġenza

(Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punti 37, 38)

5.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Teħid inkunsiderazzjoni tal-illegalità manifesta tal-att ikkontestat – Oneru tal-prova

(Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punti 40, 41)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament tat-22 ta’ Novembru 2016 dwar it-tneħħija tal-immunità ta’ J.‑F. Jalkh fir-rigward tal-investigazzjoni ġudizzjarja (Nru 14142000183) miftuħa quddiem it-Tribunal de grande instance de Nanterre (qorti reġjonali ta’ Nanterre, Franza).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.