Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta' Ottubru 2011 - MIP Metro vs UASI - Real Seguros (real,- QUALITY)

(Kawża T-548/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, Il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Plate u R. Kaase, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Real Seguros, SA (Porto, Il-Portugal)

Talbiet

tissospendi l-proċeduri sakemm tingħata d-deċiżjoni finali mill-Uffiċċju Portugiż tat-Trade marks dwar it-talba għar-revoka mressqa mir-rikorrenti kontra t-trade mark Portugiża preċedenti bir-reġistrazzjoni Nru 249791, Nru 249793 u Nru 254390; Fil-każ li t-talba għas-sospensjoni tal-proċeduri ma tiġix milqugħa, li l-proċeduri jitkomplew u li;

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-17 ta' Awwissu 2011 fil-Każ R 114/2011-4; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, kif ukoll dawk marbuta mal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark internazzjonali Nru W 983683 tat-trade mark figurattiva "real,-QUALITY", ta' lewn aħmar, blu u beige, għal servizzi fil-klass 36

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni għal trade mark Portugiża Nru 249791 tat-trade mark verbali "REAL" għal servizzi fil-klassi 36; reġistrazzjoni għal trade mark Portugiża Nru 249793 tat-trade mark verbali "REAL SEGUROS" għal servizzi fil-klassi 36; reġistrazzjoni għal trade mark figurattiva Portugiża Nru 254390 li tinkludi l-kelma "REAL" għal servizzi fil-klassi 36; diversi drittijiet mhux irreġistrati meqjusa bħala protetti fl-Istati Membri kollha jew fil-Portugall

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress illi l-Bord tal-Appell b'mod żbaljat qies li hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni u t-trade marks ikkontestati.

____________