Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ġunju 2014 – Atmeh vs UASI – Fretier (MONTALE MTL MONTALE Dezign)

(Kawża T-239/13) 1

(“Trade mark Komunitarja – Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ammar Atmeh (Diera-Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentant: A. Berthet, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sylvie Fretier (Pariġi, Franza) (rappreżentant: T. Cuche, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Frar 2013 (Każijiet Magħquda R 1482/2011-4 u R 1571/2011-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Ammar Atmeh u Sylvie Fretier.DispożittivMa għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.Ir-rikorrenti u l-intervenjenti huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż tal-konvenut.