Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2014 – Aldi Einkauf vs UASI – Alifoods (Alifoods)

(Kawża T-240/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Komunitarja Alifoods – Trade marks verbali internazzjonali u Komunitarji preċedenti ALDI – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Assenza ta’ xebh bejn is-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Regola 19(2)(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, L. Kolks u C. Fürsen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Alifoods, SA (Alicante, Spanja)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-25 ta’ Frar 2013 (Każ R 407/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG u Alifoods, SA.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG hija kkundannata għall-ispejjeż.