Language of document : ECLI:EU:T:2022:636


 


 



Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat18 ta’ Ottubru 2022 – Fresenius Kabi Austria et vs IlKummissjoni

(Kawża T416/22 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Direttiva 2001/83/KE – Awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-prodotti mediċinali li fihom is-sustanza attiva ‘soluzzjonijiet għall-infużjoni ta’ hydroxyethyl starch (HES)’ – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”

1.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji

(Artikoli 256(1), 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punti 14, 15)

2.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Obbligu li jiġu pprovduti indikazzjonijiet konkreti u preċiżi, sostnuti bi provi dokumentali ddettaljati

(Artikoli 256(1), 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punti 18 sa 21, 38 sa 40)

3.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Dannu gravi u irreparabbli – Dannu finanzjarju – Natura gravi tad-dannu – Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti – Modifika irrimedjabbli tal-partijiet mis-suq tagħha – Evalwazzjoni fid-dawl tad-daqs tagħha u tad-dħul mill-bejgħ tagħha, kif ukoll tas-sitwazzjoni tal-grupp ta’ appartenenza – Obbligu li tintwera l-eżistenza ta’ ostakoli ta’ natura strutturali jew ġuridika li jimpedixxu lil din il-kumpannija milli tikseb mill-ġdid parti sostanzjali mill-partijiet mis-suq

(Artikoli 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punti 29, 30, 32, 41 sa 43, 45)

4.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Dannu gravi u irreparabbli – Dannu finanzjarju – Dannu li jista’ jiġi kkumpensat sussegwentement permezz ta’ rikors għad-danni – Preġudizzju li ma jistax jitqies li huwa irreparabbli

(Artikoli 268, 278, 279 u 340 TFUE)

(ara l-punti 31, 47)

5.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Dannu morali li ma jistax jiġi rrimedjat aħjar fi proċeduri għal miżuri provviżorji milli fil-kawża prinċipali – Assenza ta’ urġenza

(Artikoli 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punt 46)

6.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu finanzjarju – Modifika irrimedjabbli ta’ partijiet mis-suq – Teħid inkunsiderazzjoni tar-riskju tat-telf ta’ partijiet mis-suq f’pajjiżi terzi – Esklużjoni

(Artikoli 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punt 48)

7.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Dannu finanzjarju – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonċerna s-sospensjoni tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodott – Invokazzjoni tat-teħid ta’ miżuri ta’ sospensjoni tal-awtorizzazzjonijiet tal-prodott inkwistjoni minn Stati terzi – Assenza ta’ effett fuq l-evalwazzjoni tal-gravità tad-dannu

(Artikoli 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4); Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/83)

(ara l-punt 49)

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.