Language of document : ECLI:EU:T:2011:459





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Settembru 2011 – Ruiz de la Prada de Sentmenat vs UASI – Quant (AGATHA RUIZ DE LA PRADA)

(Kawża T-522/08)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva AGATHA RUIZ DE LA PRADA – Trade mark figurattiva Komunitarja preċedenti li tirrappreżenta fjura sewda u bajda – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja -Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 25, 36, 54, 67)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Settembru 2008 (Każ R 1523/2007-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Mary Quant Ltd u Agatha Ruiz de la Prada de Sentmenat.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Agatha Ruiz de la Prada de Sentmenat hija kkundannata għall-ispejjeż.