Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2023 – Casino, Guichard-Perrachon vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-538/19) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna spezzjoni – Irtirar tal-att ikkontestat – Għajbien tas-suġġett tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Casino, Guichard-Perrachon (Saint-Étienne, Franza) (rappreżentanti: I. Simic u Y. Boubacir, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: P. Berghe u I. Rogalski, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Segnana u A.-L. Meyer, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 3761 final tat-13 ta’ Mejju 2019, li tordna, kemm lir-rikorrenti kif ukoll lil kumpanniji kollha kkontrollati direttament jew indirettament minnha li jissuġġettaw ruħhom għal spezzjoni konformement mal-Artikolu 20(1) u (4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (AT.40466 – Tute 1).

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata kemm għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti minn Casino, Guichard-Perrachon.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.

____________

1     ĠU C 328, 30.9.2019.