Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ottubru 2023 – Monthisa Residencial vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-484/14) 1

(“Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Spanjoli favur ċerti gruppi ta’ interess ekonomiku (GIE) u l-investituri tagħhom – Sistema fiskali applikabbli għal ċerti ftehimiet ta’ lokazzjoni finanzjarja għax-xiri ta’ bastimenti (sistema Spanjola ta’ leasing fiskali) – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna bħala parzjalment inkompatibbli mas-suq intern u li tordna parzjalment l-irkupru tagħha – Ksur manifest ta’ rekwiżit formali – Inammissibbiltà manifesta parzjali – Natura selettiva – Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Aspettattivi leġittimi – Ċertezza legali – Rikors parzjalment manifestament infondat fid-dritt”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Monthisa Residencial, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: F. de Artíñano Rodríguez de Torres u J. Martínez Muro, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Carpi Badía u P. Němečková, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE r-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/200/UE tas-17 ta’ Lulju 2013 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.21233 C/11 (ex NN/11, ex CP 137/06) mogħtija minn Spanja – Reġim tat-taxxa applikabbli għal ċerti ftehimiet ta’ lokazzjoni finanzjarja magħruf ukoll bħala s-Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni (ĠU 2014, L 114, p. 1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.

Monthisa Residencial, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 261, 11.8.2014.