Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2023 – Les Mousquetaires u ITM Entreprises vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-539/19) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna spezzjoni – Irtirar tal-att ikkontestat – Tmiem tal-iskop tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Les Mousquetaires (Pariġi, Franza), ITM Entreprises (Pariġi) (rappreżentanti: N. Jalabert-Doury, K. Mebarek u B. Chemama, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Berghe u I. Rogalski, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Segnana u A.-L. Meyer, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill C(2019) 3762 finali, tat-13 ta’ Mejju 2019, li tordna lil Mousquetaires kif ukoll lill-kumpanniji kollha direttament jew indirettament ikkontrollati minnhom li jissuġġettaw ruħhom għal spezzjoni konformement mal-Artikolu 20(1) u (4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (AT.40466 – Tute 1) u, it-tieni nett, ta’ diversi deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni Ewropea, waħda minnhom fit-18 ta’ Ġunju 2019, intiżi biex titwettaq l-ispezzjoni.

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll l-ispejjeż ta’ Les Mousquetaires u ta’ ITM Entreprises.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.

____________

1     ĠU C 328, 30.9.2019.