Language of document : ECLI:EU:T:2009:455





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Novembru 2009 – EREF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑40/08)

“Rikors għal annullament – Rappreżentanza minn avukat li ma għandux il-kwalità ta’ terz – Inammissibbiltà”

Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-firmatarju (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tielet u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 19; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, l‑ewwel subparagrafu tal-Artikolu 43(1)) (ara l-punti 22-34)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 4323 finali, tal‑25 ta’ Settembru 2007, dwar il-miżura C 45/2006 implementata minn Franza fil-kuntest tal-kostruzzjoni minn Areva NP ta’ impjant nukleari għal Teollisuuden Voima Oy.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

European Renewable Energies Federation ASBL (EREF) għandha tbati kemm l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.

3)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika tal-Finlandja, ta’ Greenpeace France u ta’ Greenpeace Nordic.