Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Wiesbaden (il-Ġermanja) fid-29 ta’ April 2013 – Stefan Fahnenbrock vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-226/13)

Lingwa tal-kawża:il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Wiesbaden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Stefan Fahnenbrock

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Domanda preliminari

L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1393/2007, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali [(“servizz ta’ dokumenti”) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000] 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li għandu jiġi kkunsidrat bħala “materji ċivili jew kummerċjali”, fis-sens ta’ dan ir-regolament, rikors li permezz tiegħu, f’sitwazzjoni fejn ir-rikorrent ma jkunx aċċetta proposta magħmula mill-konvenuta fi tmiem ix-xahar ta’ Frar 2012 sabiex jibdel bonds maħruġa mill-konvenuta, mixtrija mir-rikorrent u miżmuma ma’ depożitarju tat-titoli mal-kumpannija S Broker AG, ir-rikorrent jitlob li jiġi kkumpensat id-differenza fil-valur li rriżultat wara l-iskambju ekonomikament żvantaġġuż li minkejja dan ġie impost fuqu f’Marzu 2012?

____________

1 ĠU L 324, p. 79.